Saturday, February 28, 2009

Albert issakkar go l-iskola

I wrote this story while my students where writing a composition titled "Albert issakkar go l-iskola".


Albert kien fl-isbah holma. Kien ghaddej fuq ziemel abjad halib minn go nofs foresta imsahhra meta f’daqqa wahda hlejqa orribli mimlija suf tfaccat quddiemu u kellu jieqaf hesrem. Fethet halqha, u l-ghajta li ghajtet kienet familjari hafna ghal Albert, kienet qisha… L-IZVELJARIN!


Albert tar minn gos-sodda, gera ghal kamra tal-banju fejn hasel wiccu u f’kemm ili nghidlek kien libes l-uniformi u telaq b’girja lejn l-iskola. Dik il-holma kienet kidditu mhux ftit, tant, li x’hin pogga bilqieghda fuq is-siggu, fil-klassi induna li kien ghadu mejjet bin-naghas! Il-gurnata ghaddiet b’Albert jiggieled mieghu innifsu biex ma jorqodx! Fl-ahhar ftit minuti talab lill-ghalliema tieghu biex imur jahsel wiccu izda bin-naghas li kellu serrah rasu mal-hajt tat-tojlits u raqad raqda liema bhala!


Kien il-hoss ta’ bieb tqil jinstabat li qajmu, izda x’hin fetah ghajnejh ma rax id-dawl sabih tax-xemx ta’ Mejju, imma dalma tqila miksura biss mid-dawl dghajjef tal-qamar imdendel fis-sema. Tant kienet kbira l-hasda li ha Albert li ma felahx jiccaqlaq. Ma kellux idea x’ser jaqbad jaghmel. Kif gie ftit f’tieghu beda jdur u jaghqad ma’ l-iskola u jipprova jiftah kull bieb u tieqa li sab fis-sular ta isfel, izda kollu ta’ xejn. Madankollu x-xorti riedet li kif kien kwazi ser jaqta’ qalbu, gietu idea brillanti.


Mar gabar ponn zrar mil-grawd u waddbu b’kemm kellu sahha lejn it-tieqa ta’ Gerit, mara xiha u armla li kienet toqoghod bizwit l-iskola. Beda jittama li kienet ghada ma marridx torqod. Ghaddew hames minuti u l-imbierka Gerit kienet ghada ma tfaccatx fit-tieqa. Albert rega waddab ponn zrar iehor, din id-darba b’iktar sahha minn qabel. U b’xorti tajba, wara ftit instemghet ix-xwejha tgerger u tghajjat kontra dak il-minghul li kien qed jipprova jkissrilha it-tieqa.


Albert ma damx ma fehmha x’kien gralu, u f’radda ta’ salib kien hemm rigment puluzija wara l-bieb ta’ l-iskola flimkien ma’ ommu tibki u tixher u missieru b’par ghajnejn imberqin.
Ajma x’gurnata kera kienet dik ghal Albert. Zgur li ma kienx se jerga jorqod l-iskola issa. Mela! Biex ikollu jaghmel xi lejl maqful hemm gew mal-grieden u l-wirdien!